345 każ ġdid ta' Covid-19; Aktar minn 31,000 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

Anzjana ta' 88 sena tilfet ħajjitha fl-aħħar 24 siegħa

Il-mewġa ta' każi għolja ta' Covid-19 tkompli hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 345 każ ġdid ta' Covid-19.

Apparti minn hekk fiequ 193 persuna, filwaqt li tilfet ħajjitha anzjana ta' 88 sena. B'kollox tilfu ħajjithom 329 persuna.

Dan ifisser li l-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta issa huma 3,403.

Intant, sal-bieraħ ġew amministrati 92,806 dożi tal-vaċċin, filwaqt li 31,710 persuni ħadu ż-żewġ dożi.

Ilbieraħ saru 3,832 test.

More in Politika