Il-KJSC jitlob għal tagħlim onlajn fid-dawl taż-żieda tal-każi tal-COVID-19

Wara l-konferenza f'Kastilja, organizazzjonijiet tal-istudenti jitolbu biex tagħlim jinqaleb onlajn

Wara l-konferenza f'Kastilja li seħħet illum, organizazzjonijiet tal-istudenti talbu biex tagħlim jinqaleb onlajn, mill-inqas, sal-11 t'April.

Il-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) appella għal bidla għal tagħlim virtwali fid-dawl tal-każi rekord ta' COVID-19 irreġistrati llum. It-talba li saret b'dikjarazzjoni ġiet approvata miż-żewġ organizzazzjonijiet tal-Junior College: Studenti Demokristjani Maltin (SDM) u Pulse.

L-organizzazzjonijiet tal-istudenti ddikjaraw li dan huwa l-mod ideali 'l quddiem biex "nissalvagwardjaw is-saħħa tal-istudenti, il-letturi u l-istaff."

More in Politika