Il-każi l-ġodda jitilgħu għal 221 fl-aħħar 24 siegħa u jfiequ 191 persuna

Sa issa ingħataw b'kollox 66,334 doża tal-vaċċin, li minnhom 21,160 ħadu t-tieni doża wkoll

Il-każi l-ġodda tal-Covid-19 reġgħu kienu għoljin illum hekk kif telgħu għal 221 każ fl-aħħar 24 siegħa, l-ogħla numru f'ġimgħat.  Dan filwaqt li fiequ mill-virus 191 persuna biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 2,500. 

Fl-istess perjodu ta' ħin miet anzjan ieħor, ta' 84 sena, li kien pożittiv għall-Covid-19. 

Intant f'dak li jirrigwarda vaċċin sa issa ngħataw b'kollox 66,334 li minnhom 21,160 persuna ngħataw it-tieni doża.

More in Politika