Kważi 60,000 doża mogħtija sa issa, 19,200 jieħdu t-tieni doża ... medja ta' 2,000 doża kuljum

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tappella biex l-Għawdxin li irċevew appuntament għal Malta, jinjorawh għax se jirċievu appuntament ieħor li jsir f'Għawdex

In-numru ta' nies li ħadu t-tieni vaċċin issa qabeż id-19,000 filwaqt li t-total ta' dożi li ngħataw sa issa kważi laħaq is-60,000 - preċiżament 59,702 doża.  Is-Supretnedent tas-Saħħa Pubblika Chamaine Gauci qalet illi dan ifisser li l-pajjiż qed jagħti medja ta' 2,000 doża tal-vaċċin kuljum, mill-għażliet li għandha Malta sa issa:  Pfizer, Moderna, AstraZeneca. 

Lil dawk l-Għawdxin li rċevew appuntament f'Malta Gauci appellat biex jinjoraw l-appuntament għall-vaċċinazzjoni peress li se jintbagħat ieħor li se jsir fl-istess gżira. 

Gauci fakkret ukoll illi bħalissa bdew jintbagħtu l-ittri lil eluf ta' nies vulnerabbli sabiex dawn jibdew jieħdu l-vaċċin.  Hija elenkat dawn il-ħaddiema u appellat biex in-nies ma jċemplux jekk għadhom ma rċevewx l-ittra għaliex din se jirċevuha fil-ġimgħat li ġejjin.   Fost dawk li qed jirċievu l-ittra għat-tilqim hemm:  Persuni li jbatu mid-Dijabete, persuni b'immunità baxxa, dawk li jieħdu trattatamenti għall-kanċer, dawk li jbatu minn mard tal-qalb u persuni bi problemi respiratorji. 

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret ukoll illi dawk it-tfal vulnerabbli li għalissa ma jistgħux jingħataw it-tilqima, se tingħata lil-ġenituri tagħhom minflok, biex għalissa jonqos iċ-ċans li jgħadduha lit-tfal tagħhom. 

 

More in Politika