Qorti Olandiża tiddikjara l-curfew fil-pajjiż bħala illeġittimu u tordna li jitwaqqaf

Il-Qorti f'The Hague issib li l-curfew impost mill-Gvern fl-Olanda għandu jitwaqqaf ...

Qorti Olandiża tiddeċiedi kontra l-curfew imposta mill-Gvern
Qorti Olandiża tiddeċiedi kontra l-curfew imposta mill-Gvern

Il-Qorti f'The Hague iddeċidiet illum illi l-curfew imposta mill-Gvern Olandiż sabiex twaqqaf l-imxija tal-Covid-19 għandha titneħħa għaliex iddeċidiet illi din tikser il-libertà tal-moviment tan-nies.  Il-Qorti ordnat li l-curfew għandha titneħħa b'mod immedjat, għax skont din il-Qorti Olandiża, "qed tikser il-libertà tal-moviment u assemblea."

Il-Qorti qalet illi meta l-Gvern impona dan il-curfew kien qiegħed jikser il-poteri tiegħu f'każi ta' emerġenza.  Fil-fatt il-Qorti qablet illi l-kunċett ta' curfew jikser id-dritt ta' libertà, privatezza u indirettament jillimita l-libertà ta' assemblea u dimostrazzjoni.

Il-każ tressaq minn grupp ta' persuni Olandiżi li qed jipprotestaw kontra l-curfew fl-Olanda li bħalissa qed tibda mid-9:00 p.m. sal-4:40 a.m sat-2 ta' Marzu.  Il-grupp jgħid fuq is-sit tiegħu illi hu jiġġieled għal "preservazzjoni tal-istat demokratiku illi fih it-tfal jkollhom iċ-ċans jiżviluppaw b'libertà." 

Dan huwa l-ewwel curfew tat-tip tiegħu u wassal għal protesti f'diversi bliet fl-Olanda. 

More in Politika