Qtil Daphne | Repubblika tesprimi tħassib li l-ebda politiku għadu ma tressaq il-Qorti

Repubblika tgħid li ma tistax tifhem kif għadhom ma tressqux politiċi fir-rigward tal-qtil ta' Caruana Galizia

Hekk kif illum, jaħbat l-40 xahar mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia l-għaqda Repubblika bagħtet ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija illi fiha lmentat li sa issa għadu ma tressaqx politiku l-Qorti b'rabta ma' dan l-assasinju jew ma' dik li sejħet "korruzzjoni lampanti li ħakmet lil pajjiżna u li kienet l-isfond ta' dan l-assassinju."

Repubblika sostniet illi donnu li l-politiċi u dawk ta' madwarhom ma jista' jmisshom ħadd u fakkret illi s-saltna tad-dritt tfisser li kulħadd huwa indaqs quddiem il-liġi.  "Ninsabu inkwetati li qed jikber ix-xettiċiżmu u li qed tiżdied l-attitudni ċinika li tqis illi jinbildu kemm jinbidlu l-affarijiet, jibqgħu l-istess," qalet l-ittra ffirmata mll-President tal-għaqda Robert Aquilina. 

More in Politika