Filmat | Investiment ta' €700,000 jagħti dehra ġdida lil 13-il blokka ta' akkomodazzjoni soċjali f'Bormla

Minn dan il-proġett li se jkunu qegħdin jibbenefikaw minnu 90 familja

Ġew konklużi xogħlijiet fuq l-appartamenti tal-Gvern f'Bormla, liema xogħlijiet saru b'investiment ta’ ftit inqas minn €700,000.

Ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-t-tisbiħ tal-faċċati, manutenzjoni tal-bjut u xogħlijiet fil-partijiet komuni ta’ 13-il blokka.

Minn dan il-proġett li se jkunu qegħdin jibbenefikaw minnu 90 familja. 

Waqt żjara fil-blokok fi Triq Alessandra f’Bormla, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes saħaq li ma kienx jagħmel sens li kieku l-Gvern bena blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali ġodda mingħajr ma jwettaq programm ta’ riġenerazzjoni fuq il-blokok eżistenti.

“Il-kwalità tal-ħajja tal-familji li diġà jgħixu fl-akkomodazzjoni soċjali għalina hija ta’ prijorità. Xhieda ċara ta’ dan huwa l-investiment bla preċedent li qegħdin nagħmlu fuq ir-riġenerazzjoni tal-blokok eżistenti ta’ housing soċjali. L-2020 sarrafniha f’investiment ta’ €2.6 miljun li permezz tiegħu ġew riġenerati 46 blokka li tejbu l-ambjent għal 500 familja,” saħaq il-Ministru.

More in Politika