Filmat | Barijiet u każini se jibqgħu magħluqin għal Frar ... Abela jeskludi lockdown jew curfew

Il-PM Abela jgħid illi l-Gvern se jkun qed iħabbar miżuri "b'mod partikolari għall-jiem tal-Karnival"

Il-Prim Ministru Robert Abela żvela illi l-Gvern se jħabbar numru ta' miżuri applikabbli għax-xahar ta' Frar u "b'mod partikolari" għal dawk il-jiem li matulhom normalment isir il-Karnival.  Abela qal ukoll iżda li la se jitħabbru curfews u lanqas lockdown u stieden lill-ġurnalisti jintervistawh biex jaraw x'inhu jiġri fl-Olanda bħalissa b'diversi protesti vjolenti kontra miżuri ta' lockdowns. 

Huwa qal li l-Gvern se jkompli jwettaq miżuri li huma bbilanċjati u li jħarsu wkoll lejn l-aspett tas-saħħa mentali, fost oħrajn. 

Abela kkonferma iżda li l-bars u l-każini se jibqgħu magħluqin għal Frar, filwaqt illi qal li qed jara li minn Marzu bil-mod, il-mod jibda l-proċess tal-pajjiż lejn in-normalità. 

Kemm Philip Fenech mill-Kamra tal-SMEs kif ukoll Andrew Agius Muscat mill-MHRA appellaw mal-ILLUM għar-responsabilità fil-ġimgġat li ġejjin. 

Ara kemm-il doża ta' vaċċin ingħataw sa issa u fl-aħħar 24 siegħa u kemm pajjiżna kellu każi ġodda ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. 

More in Politika