21,172 doża tal-vaċċin mogħtija sa issa, 1,463 ħadu t-tieni doża - 138 każ ġdid

Jitilfu ħajjithom żewġ anzjani oħra li kienu pożittivi għall-Covid-19, għal total ta' 255 persuna li tilfu ħajjithom bil-Covid-19 minn Marzu 

Sa issa ngħataw b'kollox 21,172 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 1,463 kienu persuni li ħadu t-tieni doża.  Dawn iċ-ċifri inħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa f'bullettin li juri illi fl-aħħar 24 siegħa Malta kellha 138 każ ġdid ta' Covd-19, filwaqt illi fiequ 128 persuna. 

Fl-aħħar 24 siegħa saru 3,248 swab test, biex b'kollox -  kemm ilha li faqqgħet il-pandemija f'pajjiżna - saru 596,138 test.  

Minn dawn sal-lum, kien hemm 16,999 każ pożittiv ta' Covid-19, li minnhom 14,104 kienu ta' nies li fiequ.  Bħalissa f'pajjina hawn 2,640 każ attiv ta' Covid-19.

Matul l-aħħar 24 siegħa wkoll, sfortunatament tilfu ħajjithom żewġ anzjani oħra li kienu pożittivi għall-virus, bit-total issa jitla' għal 255.  A

More in Politika