Id-differenza fid-dħul bejn il-ġeneri fl-UE: 16% fost l-impjegati u 37% fost il-pensjonanti

Il-Parlament Ewropew jitlob, permezz ta' riżoluzzjoni, għal azzjonijiet u miri aktar speċifiċi fl-Istrateġija għall-Ugwajanza tal-Ġeneru tal-UE

 

In-nisa jitħallsu inqas mill-irġiel, b'differenza ta' 16% fl-UE
In-nisa jitħallsu inqas mill-irġiel, b'differenza ta' 16% fl-UE

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kellhom indiċi ta' 67.9 minn 100 fl-Indiċi tal-Ġeneru għall-2020, titjib ta' 5.9 mill-2005.  Id-differenzi fil-ġeneru f'dak li jirrigwarda ħlas fis-siegħa (gender gap) huwa ta' 16% fl-UE u jitla' għal 37% fost il-pensjonanti

Dawn iċ-ċifri jiġu fid-dawl tal-fatt li Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqa' b'mod pożittiv miżuri inklużi fl-Istrateġija għall-Ugwaljanza tal-Ġeneru tal-Unjoni Ewropea (UE) 2020 - 2025, imma fl-istess ħin talab għal aktar azzjonijiet u għanijiet speċifiċi. 

Fir-rapport adottat b'464 vot favur, 119 kontra u 93 astensjoni l-Membri Parlamentari Ewropej iddeskkrivew tali strateġija bħala "ambizzjuża" imma "xi kultant wisq vaga u mingħajr għanijiet definiti li għandhom jintlaħqu sal-2025, b'għodda ta' moniteraġġ ċar." 

L-istrateġija ġiet ippreżentata f'Marzu tal-2020 mill-Kummssjoni u tindentifika azzjonijiet li jinkludu l-ġlieda kontra l-vjolenza għab-bażi tal-ġeneru u sterjotipi, l-assigurazzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali u favur l-opportunitajiet - inkluż paga ugwali u l-bilanċ tal-ġeneru fid-deċiżjonijiet politiċi. 

Il-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa

Il-Parlament Ewropew laqa' l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi miżuri għal 2021 li jilħqu l-oġġettivi tagħha fil-każ li xi membri jippruvaw jimblukkaw ir-ratifikazzjoni.  

Inkwetati dwar in-natura, il-gravità tal-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, l-MEPs qed jappellaw għal miżuri li jiddefinixxu u jipprojbixxu l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol.  Fosthom permezz ta' mekkaniżmi ta' taħriġ, kampaniji ta' għarfien u servizzi ta' rimedju u appoġġ.  

Huma qed jappellaw ukoll għal qafas ta' Direttivi tal-UE biex tkun miġġieleda kull forma ta' vjolenza domestika - partikolarment il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM), abort sfurzat, l-ittraffikar, il-vjolenza ċibernatika u mibgħeda kontra n-nisa.  Urew ukoll tħassib partikolari fuq l-aċċess għall-edukazzjoni sesswali u l-abort fil-Polonja kif ukoll riformi li jattakkaw persuni transgender u intersex fl-Ungerija. 

Fil-kuntest tal-pandemija l-MEPs fakkru illi 70% tal-ħaddiema globali fis-saħħa u l-qasam soċjali huma nisa b'pagi, ħafna drabi minimi.  
Għalhekk il-Parlament Ewropew qed jappella għal żieda fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet f'setturi ddominati minn nisa. 

Ir-rapporteur mis-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej Maria Noichl qalet illi l-Parlament Ewropew qed jerġa jitfa' fuq l-aġenda il-kwistjoni ta' soċjetà ugwali fil-qasam tal-Ġeneru.  "Jekk ma jinbidel xejn fl-UE, se ndumu 65 sena oħra biex ikollna ugwajanza fil-Ġeneru.  L-istrateġija u l-azzjonijiet li qed tipproponi huma rotta aktar veloċi għall-ugwaljanza," temmet tgħid Noichl. 

More in Politika