Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech saħaq li llum il-pajjiż għandu konferma oħra tal-arroganza ta’ Robert Abela u dan wara t-tneħħija ta' konsulent ewlieni tas-saħħa pubblika.
Kienet l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta t-tobba, il-MAM, li dalgħodu ħabbret kif Kenneth Grech, l-id il-leminija ta' Charmaine Gauci, tneħħa mill-Gvern wara li talab għal kawtela dwar il-ftuħ tal-iskejjel.
"Din id-deċiżjoni tikkonferma b’ċertezza li Robert Abela kellu l-parir tal-esperti mediċi li ma jiftaħx l-iskejjel mill-ewwel għaliex dan seta jkun ta’ detriment kbir għas-saħħa ta’ uliedna, tal-edukaturi u l-għalliema, tal-amministrazzjonijiet tal-iskejjel kif ukoll tal-familji tagħna," saħaq il-Kap Nazzjonalista.
Insista li din hija konferma kemm il-Prim Ministru a jħallix lill-esperti mediċi jagħtu pariri kontra dak li jgħid hu u jrid li jibqa' jiddeċiedi waħdu.
Aqra: