Recordings ta' Melvin Theuma se jkunu inklużi wkoll bħala evidenza fil-każ kontra Vince Muscat u l-aħwa Degiorgio

Il-Maġistrat ordnat ukoll biex il-kontro eżami ta' Theuma jkun konkluż fis-seduta li jmiss

Maġistrat ordnat biex recordings tat-telefonati pertinenti li żamm Melvin Theuma, jiġu ppreżentati wkoll bħala evidenza ġdida fil-kumpilazzjoni kontra t-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Għalhekk, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit se tkun qed tirċievi dawn ir-recordings tat-telefonati, transcripts tal-proċeduri u anke kopja tal-maħfra presidenzjali mogħtija lil Theuma.

Il-Maġistrat ordnat ukoll biex il-kontro eżami ta' Theuma, li kien ġie pospost wara l-allegat attentat ta' suwiċidju mill-istess xhud, ikun konkluż fis-seduta li jmiss li għaliha għad ma hemmx data. 

More in Politika