Illum Mario Grech jsir Kardinal ... it-tielet Malti li okkupa din il-kariga prestiġjuża fil-Knisja

Illum Mario Grech isir it-tielet persuna li okkupat din il-kariga prestiġġjuża u importanti fil-Knisja Kattolika

L-Isqof Mario Grech
L-Isqof Mario Grech

Mario Grech, flimkien ma' 12-il persuna oħra, illum mistenni jsir Kardinal. 

Dan wara li l-Papa ħabbar il-ħatra ta' 13-il Kardinal aktar kmieni din is-sena, bl-Għawdxi jgħid li din l-aħbar ma kinitx mistennija.  "Kienet sorpriża kbira għalija.  Kont irċevejt l-aħbar mingħand ħabib waqt li kont miexi f'Via Giulia, fejn hemm il-Knisja ddedikata lill-Ispirtu s-Santu.  L-ewwel ħaġa li għamilt kien li dħalt f'din il-Knisja u tlabt lil Alla sabiex inkun ministru tal-ħniena għal din id-dinja. "

Grech - li huwa wkoll is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet - qal illi dan l-irwol huwa opportunità għalih biex ikompli bil-ħidma ta' dik li jsejjaħ "il-viżjoni tal-Missierna."

L-eks Isqof Għawdxi sar qassis fl-1984 u kien appuntat Pro-Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet fl-2019 u wara sar Segretarju Ġenerali fl-2020.

Grech se jkun it-tielet Malti li jokkupa din il-kariga prestiġjuża fil-Knisja Kattolika, li tagħtih l-eliġibilità tal-vot fil-konklavi li jiddeċiedu min isir Papa.   Għada l-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn dawk li okkupaw din il-kariga f'żewġ paġni ta' informzzjoni u ritratti.

Il-President tar-Repubblika feraħ lil Grech u sejjaħ il-jum tal-lum bħala wieħed li se jibqa' mfakkar fl-istorja ekkleżjastika ta' Malta.  Awgurju ieħor wasal mingħand il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech (ara filmat). 

Flimkien ma' Grech se jsiru Kardinali wkoll: 

  • L-Isqof Marcello Semeraro
  • L-Arċisqof Antoine Kambanda of Kigali, Rwanda
  • L-Arċisqof Wilton Gregory, of Washington, USA
  • L-Arċisqof Jose Fuerte Advincula of Capiz in the Philippines
  • L-Arċisqof Celestino Aos Braco of Santiago, Chile
  • L-Arċisqof Cornelius Sim of Brunei
  • L-Arċisqof Paolo Lojudice of Siena
  • Fra Mauro Gambetti, Gwardjan tal-Kunvent Franġiskan Sacro Convento f'Assisi
  • Felipe Arizmendi Esquivel, l-Arċisqof ta' San Cristóbal de Las Casas (Mexico)

More in Politika