Il-PM Abela jappella biex ħadd ma jweġġa' lil Silvio Parnis li jiddiskrevih bħala 'leali'

Il-PM jgħid li Silvio Parnis għamel xogħol tajjeb imma huwa ried li "jeleva l-anzjanità" għal Ministeru

L-eks Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Silvio Parnis
L-eks Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Silvio Parnis

Il-Prim Ministru Robert Abela appella biex ħadd ma jweġġa' lil xi ħadd bħad-Deputat Silvio Parnis li jiddiskrevih bħala persuna "ta' qalb kbira" u li "baqa' qrib in-nies."

Huwa kien qed iwieġeb mistoqsijiet waqt konferenza dalgħodu.

Parnis kien l-uniku eks membru tal-Kabinett li tħalla barra mir-reshuffle li għamel il-Prim Ministru Robert Abela nhar is-Sibt li għadda.  Il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat illi Parnis kien qed jiffaċċja pressjoni kbira lilhinn mill-Kabinett - hekk kif in-numru tal-anzjani bil-Covid-19 fi Djar tal-Anzjani u n-numru ta' anzjani li bdew imutu kien qed jiżdied.  L-istess gazzetta iżda rrappurtat ukoll kif Parnis kien qed jiffaċċja pressjoni wkoll fil-Kabinett fejn bosta bdew jarawh illi mhuwiex ikun proattiv quddiem l-isfidi li kien qed joffri dan il-virus.

Silvio Parnis qal illi ħassu mweġġa' u li mhu se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Il-Prim Ministru qal illi Parnis kien qed jagħmel biċċa xogħol tajba, imma sostna li ried illi jeleva l-anzjani ui l-anzjanità għal-livelli Ministerjali.  Fil-fatt il-Ministru Michael Farrugia issa se jkollu l-portafoll tal-Anzjani u l-Anzjanità. 

"Nifhem li daħal fil-kriga f'mument diffiċli minħabba l-Covid-19.  Inqisu bħala ħabib lil Silvio Parnis lealissimu lejja kif jiena dejjem kont miegħu." 

 

More in Politika