Sa issa saru 2,872 rapid test bil-proċess jaqbad ir-rittmu wkoll fl-ajruport

Charmaine Gauci tfakkar li l-għoti tal-vaċċin se jiġi pprijoritizzat ...

Charmaine Gauci
Charmaine Gauci

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi kemm ilu li beda l-proċess ta' rapid-testing, u allura proċess ta' ttestjar li r-riżultat tiegħu jingħta aktar malajr, saru 2,872 test li minnhom 156 irriżultaw fil-pożittiv.  Hija qalet illi apparti mill-Isptar Boffa, dawn it-tip ta' testijiet qed isiru wkoll fl-ajruport fejn qabdu wkoll rittmu.

Dwar il-vaċċin Gauci fakkret illi hemm proċess li jibda bl-illiċenzjar tiegħu, imbagħad il-manifattura għad-dinja kollha.  "Sakemm ikollok il-manifattura għad-dinja kollha, wieħed ma jistax jistenna li se jkollna fornitura għal kulħadd.  Għalhekk se nipprijoritizzaw fl-ewwel dożi li nibdew nirċievu." 

Hija qalet li temmen li l-poplu se jiġi bi ħġaru biex jieħu l-vaċċin u allura s-sovvratendenza ma ħassitx il-bżonn li tagħmel it-tilqima obbligatorja. 

More in Politika