Pfizer u BioNTech jilħqu ftehim mal-Kummissjoni Ewropea għax-xiri ta' 300 miljun doża tal-vaċċin

Dan ifisser li malli dan il-vaċċin jkollu ċ-ċertifikazzjoni kollha neċessarja biex ikun jista’ jibda jingħata, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkunu fuq quddiem li jirċievu dan il-vaċċin

Il-kumpaniji Pfizer u BioNTech ikkonfermaw li laħqu ftehim flimkien mal-Kummissjoni Ewropea għax-xiri ta’ 300 miljun doża tal-vaċċin li issa jinsab fl-aħħar stadji tiegħu.

Dan ifisser li malli dan il-vaċċin jkollu ċ-ċertifikazzjoni kollha neċessarja biex ikun jista’ jibda jingħata, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkunu fuq quddiem li jirċievu dan il-vaċċin.

Ilbieraħ tħabbar li r-riżultati tat-testijiet li saru fost 43,000 persuna, juru li dan il-vaċċin huwa 90% effettiv kontra l-Covid-19.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Pfizer, Albert Bourla, qal li din kienet l-akbar ordni li rċevew il-kumpaniji għal dan il-vaċċin.

Il-kumpanija qalet li sal-aħħar tal-2021 kapaċi tipproduċi 1.3 miljun doża ta’ dan il-vaċċin. 

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ilu jisħaq li Malta se tkun minn fost l-ewwel pajjiżi li tirċievi l-vaċċin.

More in Politika