Tlieta jinqatlu f'attakk terroristiku fi Knisja f'Nizza fi Franza ... waħda mħanxra

Attakk terroristiku fil-Knisja Notre Dame f'Nizza, Franza

Il-post fejn sar id-delitt, li qed jitqies bħala attakk terroristiku
Il-post fejn sar id-delitt, li qed jitqies bħala attakk terroristiku

Tlieta minn nies inqatlu wara attakk bi skieken f'Nizza, fi Franza waqt li kienu fil-bażilika ta' Notre Dame fl-istess belt. Il-Pulizija qalu illi waħda mill-vittmi kienet saħansitra mħanxra.

L-attakk seħħ fid-9 am ta' dalgħodu.

Is-Sindku ta' Nizza Christian Estrosi qal illi jidher li l-aggressur ta' dan l-attakk terroristiku beda jgħajjat Allahu Akbar, f'mument minnhom.

Il-Ministru tal-Intern appellat biex in-nies ma jmorrux fiż-żona b'laqgħa għaddejja bħalissa fil-Ministeru biex tkun diskussa t-triq 'l quddiem. Intant, suspettat jidher li kien arrestat bil-pulizija jgħidu li kien ferut waqt l-arrest u allura kellu jittieħed l-isptar.

Il-Ħadd li għadda Samuel Paty, għalliem fi skola fi Franza wkoll kien imħanxar minn żagħżugħ ta' 18-il sena.  L-attakkant f'dan il-każ inqatel mill-pulizija ftit minuti wara u rriżulta li l-mottiv kien li dan l-għalliem, waqt lezzjoni dwar il-libertà tal-espressjoni wera' karikatura ta' Charlie Hebdo, b'waħda minnhom turi lill-Profeta Muhammad għarwien. 

 

More in Politika