Imut anzjan ieħor li kellu l-Covid-19 ... 125 każ ġdid u 89 ifiequ fl-aħħar 24 siegħa

Bħalissa f'Malta hawn 1,880 każ attiv ta' Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 75 sena miet aktar kmieni llum waqt li kien pożittiv bil-Covid-19 biex sar il-51 persuna li mietet u li kienet pożittiva għall-virus.

L-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum, fejn miet ftit wara.

L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Intant fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 125 każ ġdid u fiequ 89 persuna biex b'kollox il-każi attivi ta' Covid-19 kienu ta' 1,880.

More in Politika