Il-Kap tal-PN iħabbar tim ta' azzjoni dwar il-Covid-19 u jistaqsi: 'Fejn hu Robert Abela?'

Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jistaqsi fejn hu Robert Abela biex joffri serħan il-moħħ ...

Il-Kap tal-PN Bernard Grech
Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f'messaġġ fuq Facebook ħabbar illi l-PN se jwaqqaf tim ta' azzjoni  - minn fost Deputati tal-PN - li se jiltaqa' mal-korpi kostitwiti u dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam tal-Covid-19 "biex il-partit joħroġ bi pjan li jagħti tama lin-nies."

"Fejn huwa Robert Abela biex isejjaħ azzjoni u biex juri li jaf x'inhu jagħmerl?  Qalilna li l-mewġ qiegħed fil-baħar.  Il-mewġ mhux fil-baħar qiegħed imma qed jaħkem lilu!  Fejn huwa Robert Abela biex iserraħ ras il-ħaddiema u ras in-negozju li qed jaħdem biex dan il-Milied ma jintilifx?  Fejn huwa Robert Abela biex iserraħ ras in-nies?  Għal Abela s-serħan il-moħħ tiegħek u tiegħi, ma jfisser xejn.  Fejn huwa biex  jara illi Silvio Parnis qed jaqdi dmiru?"

Huwa akkuża lill-Gvern li huwa "bla pjan u inkompetenti.  U fin-nuqqas ta' Gvern inkompetenti se nidħlu aħna biex noffru alternattivi."

Grech beda l-messaġġ tiegħu billi għamel referenza għan-numri tal-Covid-19 tal-lum, rekord ta' każi ġodda b'122 u bil-każi attivi jitilgħu għal 1,095.

 

 

More in Politika