Rabja u kundanna wara li l-Gvern baqa' għaddej bi pjanijiet biex jagħti l-Aħrax u l-Miżieb lill-FKNK

Il-Kunsillier Nazzjonalista tal-Mellieħa, Gabriel Micallef, l-Oppożizzjoni u 60 NGO kollha kkritikaw u kkundannaw din id-deċiżjoni

Koalizzjoni ta’ 60 organizzazzjoni, ħafna minnhom NGOs ambjentali u kulturali, magħrufa bħala Spazji Miftuħa saħqet li hija sorpriża bl-aħbar li l-Gvern se jkun qed jgħaddi art importanti lill-federazzjoni tal-kaċċaturi l-FKNK.

Fil-fatt, kienu l-Kunsillier Nazzjonalista tal-Mellieħa, Gabriel Micallef u Ivan Castillo li saħqu kif irċevew stedina biex jattendu għall-iffirmar ta' ftehim fuq il-Masġar tal-Miżieb. Madanakollu, saħqu li dan il-ftehim qatt ma kien ippreżentat lill-Kunsill Lokali jew inkella mpoġġi għad-diskussjoni.

"Din id-deċiżjoni kienet ikkontestata b’qawwa meta ħarġet l-ewwel darba fil-beraħ il-proposta kmieni din is-sena u l-kwistjonijiet li kienu qed jinkwetaw lil din il-koalizzjoni għadhom ma ġewx solvuti. Kemm il-Miżieb kif ukoll l-Aħrax huma żewġ boskijiet kbar, ħabitat ftit jew wisq rari f’Malta, u ħames darbiet ikbar mill-Buskett," saħqet l-istqarrija.

An agreement between FKNK, ERA & LA is set to be signed next Sunday. No thought no consideration no consultation with the Mellieha Local Council and it just comes out and that's it job done.

Posted by Gabriel Micallef on Wednesday, 7 October 2020

Il-koalizzjoni qed titlob li l-pubbliku jibqa’ jgawdi aċċess miftuħ għall-art pubblika kollha fil-Miżieb u l-Aħrax matul is-sena kollha.

"Infakkru lill- Prim Ministru li waqt li l-FKNK hija rreġistrata bħala NGO assolutament ma tista’ titqabbel bl-ebda mod ma’ ħafna NGOs oħrajn li l-għan tagħhom hu li jaħdmu għall-ġid komuni. L-uniku interess tal-FKNK huwa li jkollha spazju għal sezzjoni żgħira tal-membri tagħha biex jikkaċċjaw. Dawn diġà għamlu dan illegalment għal numru ta’ snin meta għalqu l-aċċess mingħajr ma kellhom id-dritt legali li jagħmlu dan," insistew l-għaqdiet. 

Komplew jgħidu li l-FKNK qatt ma wriet li hija kapaċi tmexxi l-art. Insistew li din iż-żona hija mekka għall-kaċċa illegali.

Ilbieraħ flimkien ma sħabi irċevejt stedina sabiex nattendi għall-iffirmar ta' woodland agreement tal-MIŻIEB bejn ERA,...

Posted by Ivan Castillo on Tuesday, 6 October 2020

"Dan jinkludi s-sejba ta’ diversi għasafar protetti li spiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali u li nstabu matul tfittxijiet billejl kif ukoll il-każ ta’ uffiċjal tal-FKNK li nqabad fuq il-filmati jispara fuq tajra protetta fil-Miżieb. Il-Gvern qed jagħti dawn l-artijiet pubbliċi b’rigal lil entità li ħadet ferm aktar mill-pajjiż milli qatt tista’ tagħti lura. Dan jibgħat il-messaġġ li f’Malta ma jimpurtax li ma tkunx kontabbli għal għemilek, anzi tista’ saħanistra tiġi ppremjat jekk hekk ikun jaqbel għall-politiċi fl-elezzjoni," komplew l-għaqdiet. 

Intant, fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima, David Thake, qed isejjaħ għall-pubblikazzjoni immedjata tal-ftehim dwar l-immaniġġjar tal-Miżieb.

More in Politika