Il-President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazjzonalista Peter Fenech qal li huwa 'ħażin u kundannabbli' li xi ħadd mill-kamp ta' Bernard Grech ċempel lil Ruth Amaira - ġurnalista mal-PBS - dwar id-dibattitu bejn Adrian Delia u Bernard Grech. Fenech qal li dan ma kellux isir u li kellha tkun il-Kummissjoni innifisha li tavża lill-ġurnalista jekk din tridx tmexxi tali dibattitu.
Ilbieraħ Amaira ċaħdet illki ġiet influwenzata minn xi ħadd biex ma tipparteċipax f'dan id-dibattitu u qalet li kienet għażla tagħha li ma tmexxihx. Kien il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li għamel din l-akkuża u saħaq li l-ġurnalisti għandhom jitħallew fil-libertà jagħmlu xogħolhom fil-libertà.
Bernard Grech, fi stqarrija, ċaħad li saret pressjoni u qal li dik ta' Delia hija "gidba sfaċċata".