Filmat | L-avukat ta' Keith Schembri jgħid li l-Inkjesta Maġisterjali għandha tkun ipubblikata

Keith Schembri jinsab taħt arrest sigħat wara li inkjesta maġisterjali qalet illi hemm suspett raġonevoli ta' ħasil ta' flus 

L-avukat ta' Keith Schembri, eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sostna illi f'dan il-punt il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Maġisterjali għandhom ikunu pubbliċi biex b'hekk ikun ċar jekk kienx hemm jew le reat ta' tixħim fil-kwistjoni tal-bejgħ tal-passaporti. 

L-inkjesta jidher illi kkonkludiet illi hemm suspetti "raġonevoli" ta' ħasil ta' flus mill-eks Chief of Staff u l-Managing Partner ta' Nexia BT Brian Tonna.  Din l-ażjenda kienet responsabbli għall-ftuħ tal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. 

Keith Schembri kien arrestat kmieni dalgħodu sigħat wara li kienet konkluża l-inkjesta Maġisterjali dwar akkużi ta' tixħim ta' €100,000 mill-iskema ta' bejgħ ta' passaporti. 

L-Avukat ta' Schembri, Edward Gatt, qal illi sakemm din l-inkjesta tkun pubblika t-tim legali tal-eks Chief of Staff mhumiex se jipparteċipaw fit-tali interrogazzjoni. 

More in Politika