15-il każ ieħor mid-dar tal-anzjani San Ġużepp; 38 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

L-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 678

Ikomplu jiżdiedu l-każi ta' Covid-19 mill-cluster tar-Residenza San Ġużepp fil-Fgura, hekk kif mill-każi li tħabbru lbieraħ, kien hemm 15-il każ minn din id-dar tal-anzjani.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, saru 2,409 test. Minn dawn irriżultaw 38 każ ġdid, filwaqt li 34 pazjent fiequ.

L-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 678.

Il-każi tal-lum għadhom qed ikunu investigati.

Intant, mill-każi tal-bieraħ, apparti l-15-il każ f'Residenza San Ġużepp kien hemm ukoll qraba u kuntatti ta' pazjenti li rriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li kien hemm żewġ każi minn ġemgħat u tliet każi relatati mal-industrija tad-divertiment.

Aqra wkoll:

More in Politika