Casa jgħid li kien biss issa li ntbagħtet applikazzjoni kompleta mill-Pulizija lid-Dubaj dwar 17 Black

 ... jimplika li l-applikazzjonijiet l-oħrajn ma kinux kompleti u allura l-investigazzjonijiet dwar 17 Black weħlu

David Casa
David Casa

Il-Pulizija Maltija għamlu rikjesta għall-informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda dwar 17 Black ix-xahar li għadda b'mod "komplet".  Dan qalu l-MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa.  Casa sostna illi din l-applikazzjoni li saret nhar l-24 ta' Awwissu li għadda kienet kompleta, kuntrarjament għall-applikazzjonijiet ta' qabel li kienu meqjusin "mhux kompleti."

"Dan wassal," jgħid Casa, "għal nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni bil-pulizija Maltija tgħid li kienu l-awtoritajiet tad-Dubaj li ma kinux qed jikkooperaw."

"Ninsabu pass ieħor viċin li nkunu nafu min huwa involut fil-korruzzjoni li dwarha Daphne Caruana Galizia kienet maqtula u li jinġiebu quddiem il-ġustizzja," qal Casa. 

Aqra hawnhekk id-dettalji kollha dwar 17 Black, kumpanija ta' Yorgen Fenech

Aqra hawnhekk ir-rabta bejn 17 Black, Keith Schembri u Konrad Mizzi

Aqra hawnhekk ir-rabta bejn 17 Black u l-Wind Farm tal-Montenegro

More in Politika