72.4% tal-elettorat Nazzjonalista fl-2017 jafda lil Bernard Grech ... 13% biss lil Delia

Globalment: Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fuq quddiem b'51.7%, Grech warajh b'32.1% u Delia warajhom b'11.6%

Bernard Grech, fuq quddiem sew fost dawk li vvutaw PN fl-2017
Bernard Grech, fuq quddiem sew fost dawk li vvutaw PN fl-2017

In-numri għal Adrian Delia baqgħu jidhru koroh ħafna hekk kif minn sondaġġ xjentifiku li ġie ppubblikat fuq il-gazzetta oħt Maltatoday, meta dawk li pparteċipaw kienu mistoqsijin lil min jafdaw bejn Robert Abela, Bernard Grech u Adrian Delia, 51.7% wieġbu li jafdaw lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, filwaqt li 32.1% jafdaw lil Bernard Grech u huma biss 11.6% li jafdaw lil Adrian Delia, il-Kap kurrenti. Tajjeb wieħed jinnota li dan is-sondaġġ mhuwiex fost it-tesserati tal-PN, imma fost il-pubbliku in ġenerali. 

Iżda dan mhux kollox.  Meta fis-sondaġġ in-nies kienu mistoqsijin lil min jafdaw, jekk hux Bernard Grech jew inkella lil Adrian Delia - 43.1% ta' dawk li pparteċipaw wieġbu Grech, filwaqt li kienu biss 12.6% li jafdaw lil Delia.  Ftit iktar minn 33% ma kinux jafu lil min jafdaw minn dawn it-tnejn.

Interessanti x'jaħsbu in-nies skont kif ivvotaw fl-2017.  Fost dawk li vvutaw PN 72.4% jafdaw lil Grech filwaqt li huma 13% biss li qalu illi jafdaw lill-Kap kurrenti. 

Fost dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, naturalment, 51.6% qalu li ma jafux lil  min jafdaw, iżda 23.2%  qalu li jafdaw lil Grech filwaqt li 13% qalu li jafdaw lil Delia. 

Fost dawk li ma vvotawx fl-2017 il-maġġoranza ma jafux lil min jafdaw mit-tnejn u 29.3% jafdaw lil Grech.

Ara aktar hawnhekk

More in Politika