Priġunier ieħor bla ħajja fiċ-ċella tiegħu fil-ħabs ... raġel ta' 45 sena

Il-Partit Nazzjonalista jitlob spjegazzjoni 

Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin
Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Dalgħodu għal ħabta ta' 6.35am raġel ta' 45 sena ta' nazzjonalità Maltija nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. Jidher li dan il-persuna miet mewta naturali.

B'dan il-każ ġew infurmati l-pulizija tad-distrett filwaqt li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa.

Fi stqarrija l-kelliem tal-PN għll-Intern Beppe Fenech Adami fakkar  illi din hija mewta oħra li tiżdied ma' numru oħrajn li kien hemm fl-aħħar xhur

"F'ġieh it-trasparenza, l-kontabbiltà u s serħan tal-moħħ tal-priġunieri u l-familji tagħhom huwa fl-interess pubbliku li l-Ministru responsabbli mill-ħabs Byron Camilleri jispjega b'mod immedjat x'wassal għal dan il-mewt f'eta żgħira."

More in Politika