Filmat | 'Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu' ... Is-sejħa ta' Bernard Grech fil-kampanja għall-Kap tal-PN

Bernard Grech spjega dan il-motto f'filmat li ppubblika fuq Facebook

Il-kandidat prospettiv għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, ħabbar il-motto tal-kampanja tiegħu: "Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu."

F'filmat fuq Facebook, Grech fisser xi jrid jgħid b'dawn il-motto u fisser kull kelma hekk:

  • Ningħaqdu biex kollha kemm aħna jkollna sehem siewi u apprezzat fil-Partit.
  • Niġġeddu biex flimkien nagħżlu politika ġdida li tattira l-aqwa talent.
  • Nirnexxu, mhux għal xi ħadd, imma għal kulħadd.

Ilbieraħ, Grech nieda wkoll il-logo li juri tliet sinjali. Fi kliemu dawn jibnu immaġini ta' moviment 'il quddiem u 'l fuq u l-kuluri abjad, aħmar u kaħli juru l-kuluri nazzjonali u tal-PN.

More in Politika