Il-Partit Nazzjonalista mhux se jippubblika r-rapport tad-due diligence fl-intier tiegħu

Il-Kummissjoni Kandidati tal-PN ma tikkomettix li tippubblika r-rapport tad-due diligence u tgħid biss li jista' jkun illi partijiet minnu jkunu ppubblikati

Il-Kummissjoni Kandidati tal-Partit Nazzjonalista llejla ċċarat illi r-rapport tad-due diligence li qed isir dwar Adrian Delia u anke dwar Bernard Grech, jista' ma jkun ippubblikat xejn jew inkella jkunu ppubblikati minnu biċċiet biss lit-tesserati. 

Dan ir-rapport għandu jiddeċiedi jekk il-kontestanti prospettivi għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista humiex idonei permezz ta' resumè.  Ir-rapport se jgħaddi mingħand il-Kummissjoni għal għand l-Amnministrattiv tal-Partit Nazzjonalista u wara - tgħid stqarrija tal-istess Kummissjoni "jista' jkun li jkunu ppubblikati biċċiet mir-rapport."

Jidher illi din il-Kummissjoni lanqas mhi se tagħti direzzjoni dwar jekk Delia jew inkella Grech għandhomx jew jistgħux fil-fatt ikunu kandidati.

More in Politika