'Assolutament niċħad' - Muscat dwar l-allegazzjoni ta' Fenech li kien jaf illi Schembri l-mandant

L-eks PM Joseph Muscat 'assolutament jiċħad' illi kien jaf b'allegat involviment ta' Keith Schembri fil-qtil ta' Caruana Galizia

L-eks PM Joseph Muscat
L-eks PM Joseph Muscat

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat -  mistoqsi mis-sit illum.com.mt -  qal illi jiċħad b'mod assolut l-allegazzjoni ta' Yorgen Fenech meta interrogat mill-pulizija illi hu wieħed minn tlieta minn nies li kienu jafu - wara l-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia - illi Keith Schembri kien il-persuna li fassal il-qtil tal-ġusrnalista. 

"Assolutament niċħad," kienet ir-risposta ta' Muscat għall-mistoqsija ta' dan is-sit. 

Iktar kmieni llum l-Ispettur Kurt Zahra xehed illi Fenech kien qal illi kien Schembri li fassal il-pjan u li kien ħallas sa €80,000 lil Melvin Theuma għal dan il-qtil.  Huwa kien allega, fl-interrogazzjoni, li kien hemm tlieta minn nies li kienu jafu bl-allegat involviment ta' Schembri: Joseph Muscat, Johann Cremona (sieħeb fin-negozju ma' Fenech) u t-Tabib Adrian Vella (It-tabib ta' Fenech kif ukoll ta' Schembri għal xi żmien). 

Intant f'messaġġ twil fuq Facebook l-eks PM ċaħad li qatt iltaqa' ma' Fenech u tkellmu dwar il-qtil, wara li llum irriżulta illi waqt interrogazzjoni Fenech qal li ltaqa' miegħu darbtejn:  Kastilja u l-Girgenti. 

"Dmiri meta kont Prim Ministru dejjem għamiltu u u dan wassal biex ikun hemm żblokk importanti f'dan il-każ maġġuri, kuntrarju għal delitti kbar li saru qabel," sostna Muscat.

Sabiex ma jkunx hemm interpretazzjonijiet żbaljati ta' dak li ntqal illum fil-Qorti, nixtieq nagħmel ċari dawn il-punti...

Posted by Joseph Muscat on Thursday, August 27, 2020

More in Politika