Rekord ta' każi ... 72 każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa ... Ifiequ wkoll 20

Għall-kuntrarju tas-soltu, illum ma ngħatawx dettalji tal-każi l-ġodda

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta rreġistrat l-akbar għadd ta' każi ġodda ta' Covid-19 f'ġurnata. B'kollox, minn fost 2,435 test, 72 irriżultaw fil-pożittiv.

Apparti minn dawn, fiequ wkoll 20 pazjent, biex issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 557.

Għall-kuntrarju tas-soltu, illum ma ngħatawx dettalji tal-każi l-ġodda. Intqal biss li wħud minnhom huma kuntatti ta' pazjenti li rriżultaw pożittiv fl-aħħar jiem. Dwar il-kumplament għadu qed isir il-contact tracing.

Sa issa Malta kellha total ta' 1,348 każ.

More in Politika