40 każ ġdid ta' Covid-19 - Bilanċ ta' 84 każ ġdid f'jumejn

Il-Covid-19 tkompli terfa' rasha  - cluster ġdid ta' nies li attendew party tal-Griżma

Il-Covid-19 kompliet terfa' rasha f'pajjiżna b'40 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa, wara 49 każ ġdid ilbieraħ u ħamsa li fiequ.  Dawn in-numri juru illi t-tixrid ta' dan il-virus issa qabad rittmu iktar mgħaġġel bin-numri jibqgħu għoljin.  Fost dawn l-40 każ ġdid hemm sitt każi li huma marbutin ma' cluster ta' studenti tal-Ingliż, erba' każi huma marbutin mal-cluster ta' Paceville, sebgħa relatati ma' party tal-Griżma, erba' każi relatati ma' familji li diġa' rriżultaw fil-pożittiv, tnejn importati u l-bqija sporadiċi. 

Dawn l-40 każ irriżultaw minn 1,548 swab biex issa l-każi attivi huma b'kollox ta' 351 u l-każi totali minn meta faqqgħet il-Covid-19 jaqbżu l-1,000, għal total ta' 1,035. 

It-total tas-swabs li saru sa issa huwa ta' 139,979.

Dan ifisser li l-każi attivi f'ġimgħa waħda żdiedu b'152, minn 199 nhar it-Tnejn.

 

 

More in Politika