36 każ ġdid ta' Covid-19 - 20 każ ġdid lokali u 16-il immigrant jirriżultaw pożittivi għall-virus

Żewġ każi ta' nies li jfiequ filwaqt li l-każi sporadiċi jkunu 11 - ħamsa oħra mill-cluster ta' Paceville u erba' minn clusters oħrajn 

In-numri tal-każi tal-Covid-19 komplew jiżdiedu b'16-il immigrant li waslu Malta lbieraħ u fl-aħħar ġimgħat jirriżultaw fil-pożittiv u l-imxija lokali tiżdied b'20 persuna oħra.  Dan ifisser illi fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 36 każ ġdid għal total ta' 249 każ attiv, li prattikament irriżultaw f'ġimagħtejn - mill-firxa f'party fil-Lukanda Radisson, għall-festa ta' Santa Venera kif ukoll id-dħul f'Malta ta' diversi dgħajjes b'immigranti. 

Għal xi raġuni n-numru ta' każi fost l-immigranti ma kienx inkluż ma' dawk il-ġodda, imma biss mal-każi attivi.

B'kollox fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 1,839  swab u żewġ persuni li fiequ. 

Mis-16-il immigrant tlieta huma minn dawk li waslu lbieraħ u l-bqija huma każi ta' persuni li ġew Malta fl-aħħar gimagħtejn. 

Dan huwa l-ogħla numru ta' każi pożittivi minn xhur ilu meta l-pajjiż kien fl-eqqel tal-pandemija. 

More in Politika