L-AD u l-PD jaqblu formalment li jingħaqdu f'partit wieħed

Il-proċess mistenni jkun konkluż sal-aħħar ta' Settembru bil-partit il-ġdid se jkun jismu AD/PD

Il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratiku qablu formalment li ż-żewġ partiti jingħaqdu flimkien.

Fi stqarrija, iż-żewġ partiti saħqu li dan il-ftehim intlaħaq wara xhur ta’ diskussjoni u azzjoni politika konġunta bejn iż-żewġ partiti.

“Fil-qalba ta’ klima nazzjonali ta’ diviżjoni u firda, kemm l-AD u anke l-PD jirrikonoxxu l-bżonn ta’ azzjoni politika diretta li jkollha bażi komuni biex taħdem favur il-ġid tal-pajjiż kollu kemm hu u mhux għal polarizzazzjoni għal raġunijiet partiġġjani,” saħqu l-partiti.

L-isem tal-Partit il-ġdid se jkun AD/PD

L-istqarrija saħqet li fil-ġimgħat li ġejjin, il-partiti se jkunu qed jaħdmu flimkien bis-saħħa ta’ Eżekuttiv magħqud magħmul minn tim tranżitorju.

L-għan huwa li ma jdumx ma jkun iffinalizzat il-proċess biex il-partiti, uffiċjalment, jingħaqdu f’partit wieħed immexxi minn Eżekuttiv ġdid li se jkun elett wara l-ewwel Laqgħa Ġenerali li se tissejjaħ mill-partit magħqud.

It-tir huwa li dan il-proċess ikun konkluż sal-aħħar ta’ Settembru 2020.

Aqra aktar dwan dan għada fuq il-gazzetta ILLUM.

More in Politika