'Kif tista' temmen lil Delia meta nqabad jigdeb bil-provi fuq Yorgen Fenech?' Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jirreaġixxi għall-Protest Ġudizzjarju li fetaħ Adrian Delia kontrih 

Jason Azzopardi
Jason Azzopardi

Jason Azzopardi rreaġixxa bil-qawwi għal dak li żvela dan is-sit aktar kmieni llum, jiġifieri li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ protest ġudizzjarju kontra Azzopardi u li fih jakkuża lid-Deputat li qed jimmalafamah. 

"Dan hu l-istess bniedem li, sakemm inqabad jigdeb, qal li qatt ma ltaqa’ ma’ jew ikkomunika ma’, Yorgen Fenech wara Novembru 2018 u allura wara li sar maghruf min hu s-sid ta’ 17 Black. Illum tafu li dan mhux veru. Kif tista’ temmen lil Delia meta inqabad jigdeb bil-provi?" staqsa d-Deputat Nazzjonalista.

"Jien lest nistieden lil Delia jaccetta din l-isfida: jekk jirrizulta fil-Qorti li tezisti prova forensika (u li allura hadd ma jista’ jmeriha) fil-mobile ta’ Fenech ta’ komunikazzjoni u/jew laqghat bejnu u Fenech fl-2019, huwa jirrizenja minn Deputat Parlamentari. Jekk jirrizulta li meta l-kontenut tal-mobile ikun maghruf li tali prova ma tirrizultax, nirrizenja jien."

Jason Azzopardi jkompli jisħaq illi kull darba li kemm fil-Grupp Parlamentari kif ukoll fl-Eżekuttiv huwa gie mistoqsi jekk, iva jew le, huwa ikkomunikax jew iltaqax ma’ Yorgen Fenech wara Novembru 2018, "qatt ma wiegeb iva jew le. Domanda sempliċi hux?"

Azzopardi kompla jisħaq illi meta stidnu diversi drabi jagħmel libell lil The Sunday Times dwar l-istorja tal-messaġġi huwa dejjem baqa' lura milli jaċċetta din l-istedina. 

"Jien ma bżajtx mill-qattiela ta’ Daphne. Jien ma bżajtx mill-korrotti miljunarji mażuni.  Minix ser nibża mill-gideb tal-ħabib ta’ Yorgen Fenech meta kien jaf li hu sid il-kumpanija17 Black," temm jgħid Jason Azzopardi. 

 

More in Politika