Jitilgħu jixhdu t-tobba u l-infermiera li assistew lil Melvin Theuma

Huwa mifhum li dawn kienu preżenti meta l-Ispettur Keith Arnaud staqsa lil Theuma kif seħħ l-inċident li ra lil dan tal-aħħar isofri daqqiet fl-istonku, il-polz u għonqu

Melvin Theuma
Melvin Theuma

Illum se jkunu qed jitilgħu jixhdu t-tobba u l-infermiera li kienu qed jassistu lil Melvin Theuma wara li dan sofra minn ġrieħi serji fl-istonku, il-polz u anke f'għonqu.  Huwa mifhum mill-informazzjoni li tat il-Pulizija u li ta l-Kummissarju tal-Pulizija illi dawn il-ġrieħi għamilhom fuqu nnifsu Thuema stess. 

It-tobba li mistennijin jixhdu llum - bħala parti mill-Inkjesta Maġisterjali li qed tittratta l-inċident  - huwa mifhum li kienu preżenti meta l-Ispettur Keith Arnaud staqsa lil Theuma jekk dak li ġara kienx attentat ta' omiċidju jew inkella kienx hu stess li għamel il-ġrieħi fuqu nnifsu.  Theuma, bil-mod li seta' wera' li kien hu stess li kkawża l-ġrieħi serji. 

Huwa kellu daqqa fl-istonku, polz maqtugħ u għonq imħanxar b'parti mill-pajp tan-nifs maqtugħ ukoll. 

Minkejja dan, il-kundizzjoni ta' Theuma jidher li qed titjieb bl-aħbar ilbieraħ li ħareġ mill-ITU u tpoġġa f'sala fl-Isptar. 

Ara l-istorja ta' Melvin Theuma kif ħarġet fil-Qorti skont ix-xhieda tiegħu stess

Ara x'ġara l-ġimgħa l-oħra meta nstab bejn ħajja u mewt f'daru fis-Swieqi

More in Politika