Claudio Grech il-favorit tar-ribelli għall-Kap tal-Oppożizzjoni ... tentattivi ta' kompromess ma' Delia

Claudio Grech huwa l-kandidat preferut għall-Kap tal-Oppożizzjoni minflok Delia imma qed isiru tentattivi biex jintlaħaq kompromess

Claudio Grech huwa d-Deputat Nazzjonalista l-favorit mid-19-il Deputat bħala dak li jieħu post il-Kap tal-Oppożizzjoni preżenti Adrian Delia u dan wara vot fil-Grupp Parlamentari li mar kontra l-Kap kurrenti . 19-il Deputat inkluż żewġ MEPs sfiduċjaw lil Delia lbieraħ biż-żewġ Deputati tal-Oppożizzjoni fil-Parlament Marlene u Godfrey Farrugia jindikaw li anke huma lesti jappoġġjaw Kap tal-Oppożizzjoni ġdid. 

Jidher iżda illi Grech jixtieq li kemm jista' jkun dan il-proċess ma jkissirx u jagħmel aktar ħsara ghall-partit, milli diġa' seħħet sa issa.  Għalhekk qiegħed jipprova jilħaq xi forma ta' kompromess ma' Delia, biex l-istrateġija tat-tneħħija ta' Delia, tkun kemm jista' jkun inqas dannuża. 

Fil-Parlament illejla waqt il-plemarja jidher li Delia u Grech kellhom konverżazzjoni ta' madwar 10 minuti, għalkemm mhux magħruf x'kien diskuss. 

Intant fi stqarrija d-Deputati li ħaduha kontra Delia ma wrewx x'inhi t-triq 'il quddiem imma sempliċiment appellaw lil Delia biex ipoġġi lill-partit u lill-pajjiż l-ewwel u qabel kollox u jwissu li huma determinati li jkomplu jġibu ruħhom fl-aħajr interess tal-partit u l-pajjiż.

More in Politika