Aġġornata | Madwar 16-il Deputat Nazzjonalista f'laqgħa fid-Dar Ċentrali ... id-diskussjoni tkompli t-Tlieta

Laqgħa li bdiet fis-6p.m iddiskutiet iit-triq 'il quddiem wara rapporti ta' diskursati bejn Delia u Yorgen Fenech, wara li sar magħruf li dan huwa sid 17 Black

Hekk kif intemmet il-laqgħa bejn madwra 16-il Deputat Nazzjonalista, sorsi mill-Grupp Parlamentari li tkellmu mal-gazzetta ILLUM iddeskrivew il-laqgħa bħala "tajba ħafna," u saħqu li d-diskussjoni mistennija tkompli t-Tlieta.

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, David Agius, dehru deħlin fid-Dar Ċentrali ftit tal-ħin wara.

Madanakollu, meta ħarġu d-Deputati, li ħadd minnhom ma kkummenta, Delia baqa' ma ħariġx sakemm telqu l-ġurnalisti.

Mistoqsija jekk iddiskutewx il-pożizzjoni ta' Delia, is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM saħqu; "nippreferu nistennew sa wara l-laqgħa tat-Tlieta."

Aktar qabel

Madwar 16-il Deputat tal-Partit Nazzjonalista qed jiltaqgħu bħalissa fid-Dar Ċentrali f'laqgħa li mhix uffiċjali u li ma ssejħitx mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. - jista' jiżvela l-illum.com.mt.  Il-laqgħa bdiet fis-6 pm u fost id-Deputati preżenti hemm Jason Azzopardi, David Thake, Beppe Fenech Adami kif ukoll Karol Aquilina u Chris Said.  Sorsi qalu lil dan is-sit li Said, Azzopardi u Aquilina kienu d-deputati li organizzaw din il-laqgħa. 

Sorprendentement preżenti hemnm ukoll id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone  - li kien meqjus bħala wieħed mill-aktar Deputati leali lejn Delia. 

Din il-laqgħa qed tiddiskuti it-triq 'il quddiem wara illi dalgħodu The Sunday Times of Malta ippubblikat storja illi tgħid li kien hemm kuntatt bejn Delia u Yorgen Fenech, meta kien diġa' magħruf li 17 Black kienet ta' Fenech.  Kien dejjem Fenech li beda d-diskursata ma' Delia, rrappurtat il-gazzetta.  F'messaġġ minnhom Fenech qal lil Delia li jiġri x'jiġri "aħna se nkunu dejjem warajk" filwaqt li darba oħra stiednu għall-ikel u Delia qal li se jqabbad lil Pierre Portelli jirranġaha. 

Delia ċaħad illi b'xi mod dawn il-messaġġi jfissru li hu qatt waqa' għall-pressjoni ta' Fenech, akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.  Iktar tard saħaq li ħadd mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled kontra l-korruzzjoni.

Inizzjalment Delia kien qal li qatt ma ltaqa' jew għamel kuntatt ma' Fenech minn meta kien magħruf li 17 Black hija ta' Fenech u r-rabta li din kellha mal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi.

 

 

Il-l;aqgħa 

More in Politika