Nexia BT m'għamlitx due diligence fuq Tumuluri li kien instab ħati f'Qorti Kanadiża

Ram Tumuluri kien instab ħati li ‘Il-kumpanija li kien imexxi (lukanda) poġġiet lis-sidien kollha f’riskju sever ... tħassru r-rekords tal-kontijiet u ħadu depożiti mill-karti ta’ kreditu mill-‘bookings’ tal-Milied..." - qalet Qorti Kanadiża

Manuel Castagna, direttur f'Nexia BT - li tat il-parir biex il-Gvern jidħol f'kuntratt mal-VGH - qal illi l-istess Nexia BT m'għamlitx due diligence dwar Ram Tumuri, il-wiċċ tal-proġett f'Malta li, kif kienet żvelat il-gazzetta ILLUM kien instab ħati minn Qorti fil-Kanada  illi seraq flus minn bookings f'lukanda fil-Kanada li hu kien qed imexxi.   Huwa ma kellu passat ta' xejn fin-negozju għajr kumpanija li falliet - hu ċaħad li falliet. 

Il-VGH ingħatat konċessjoni ta' tliet sptrijiet pubbliċi fi ftehim mal-Ministru tas-Saħħa, dak iż-żmien Konrad Mizzi.

Castagna qal li mill-pjan ta' negozju li kienu ppreżentaw il-VGH u l-finanzjament tal-Gvern kien jidher għal din il-kumpanija li dan il-proġett kien vijabbli.  Dan minkejja li wara sentejn, bix-xogħol u ħlasijiet jaqgħu lura, il-VGH għaddew il-konċessjoni lil Steward Healthcare minħabba problemi finanzjarji. 

Debono fakkar illi l-Gvern kellu jagħmel garanzija ta' €360 miljun għal dan il-proġett. 

Castagna kien qed jkun mistoqsi dwar il-proġett mill-Avukat Edward Debono fil-każ li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjaonalista Adrian Delia fetaħ fuq il-ftehim bejn il-Gvern u l-VGH, liema kuntratt l-Oppożizzjoni trid li jkun nullifikat.  L-Ultimate Beneficiary Owner, fil-British tal-kumpanija li hija proprjetarja tal-VGH baqa' qatt ma kien magħruf, b'isem din il-kumpanija ma jidher qatt relatat ma' proġetti ta' saħħa. 

Debono staqsa kif jista' jkun li jgħid illi l-proġett immexxi mill-VGH kien vijabbli meta l-Gvern kellu jagħmel din il-garanzija. "Nista' ngħidlek biss li f'dak l l-istadju kien vijabbli.  X'ġara wara jiena ma nafx," wieġeb Castagna.

 X'kienet żvelat il-gazzetta ILLUM dwar Tumuluri?

Kienet il-gazzetta ILLUM l-ewwel li żvelat kif Ram Tumuluri, li kien qed jieħu ħsieb l-operat ta' VGH Global Healthcare f'pajjiżna, ma kellu ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa u wisq inqas esperjenza ta' suċċess fin-negozju. L-istess gazzetta kienet żvelat li l-uniku rekords taħt ismu kienu dawk relatati mal-kumpanija Ayurcare International li kienet ġiet xolta hekk kif ma kinitx konformi mal-liġi. Apparti dan, kienet żvelat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd 8 ta' Novembru 2015, Tumuluri kien ddikjara l-kumpanija T&V Hospitality, parti minn struttura li kienet qed tmexxi l-lukanda Nita lake Lodge fil-Kanada, falluta bil-konsegwenza li ma kienx baqa' Direttur Maniġerjali tal-istess Lukanda. Tumuluri kien dejjem ċaħad li hu mexxa kumpanija li falliet u kien sostna illi l-kumpanija kellha biss l-assi trasferiti.

Minn Nikita lake Lodge fil-Kanada għal Għawdex

Nhar is-16 ta’ Marzu 2010, Nikita Lake Lodge , lukanda fil-Kanada, waqgħet taħt maniġment ġdid. Artiklu fuq is-sit ta’ lukandi ‘Hotel Interactive’ irrapporta hekk; ‘Managing Director, Ram Tumuluri, will head the take-over team and lead the day-to-day operations for the hotel. Tumuluri’s extensive background in luxury hotel management includes a post-graduate degree in Business Management from Birmingham University in the UK, and a Culinary Arts degree from Osmania University in India.'

L-ILLUM għandha f’idejha deċiżjoni mill-Qorti Suprema tal-British Columbia illi tagħmel referenza għal Tumuluri bħala President u Direttur ta’ T&V Inc. Din il-kumpanija, skont is-sentenza kienet qed timmaniġġja l-pixxina tal-lukanda Nikita Lake Lodge, kif ukoll kienu qed jikru s-sezzjoni kummerċjali u tal-lukandi ta’ NLL Holdings. T&V kellha, skont id-deċiżjoni tal-Qorti, tipprovdi lista ta’ affarijiet lis-sidien fosthom il-kontijiet awditjati. Imma dan ma sarx.

Artiklu 60 tad-deċiżjoni tal-Qorti tgħid hekk; ‘Il-kumpanija poġġiet lis-sidien kollha f’riskju sever. Qed nifrreferi għal fatt li T&V...ħassru r-rekords tal-kontijiet u ħadu depożiti mill-karti ta’ kreditu mill-‘bookings’ tal-Milied...'

Sena wara din is-sentenza, fl-2015, Vitals rebħu l-kuntratt u Tumuluri ħa pożizzjoni prinċipali fil-proġett f’Għawdex.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jikkumenta ...

Intant xħin ħareġ mill-Qorti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal illi x=xhieda tal-lum kienet waħda importabnti ħafna fil-każ li fetaħ.  Huwa qal li dak li ħareġ illum 

More in Politika