In-negozji ta' Tas-Sliema b'40% tal-bejgħ normali ... imma tal-Belt jirreġistraw madwar 15% biss

In-negozji f'Tas Sliema, anke jekk qed jagħmlu 60% inqas bejgħ, jidher li qabdu ftit tar-rittmu ... tal-Belt Valletta għadhom lura ħafna.  Tkeċċijiet tal-massa evitati minħabba l-għajnuna tal-Gvern għal ħlas tal-pagi

F'Tas Sliema 'mhux ħażin sa barra' imma fil-Belt Valletta 'ħażin ħafna'
F'Tas Sliema 'mhux ħażin sa barra' imma fil-Belt Valletta 'ħażin ħafna'

it-tela' għal ħafna negozji  - kemm tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll dawk bħal kafetteriji u ristoranti - għadha għat-tela' minn wara l-agħar tal-pandemija Covid-19.  Fil-fatt minkejja li n-negozji f'Tas Sliema serjin ħafna aħjar minn dawk tal-Belt Valletta, xorta qed jirrappurtaw bejn wieħed u ieħor 40% tan-negozju li kien ikollhom normalment bħal dan iż-żmien sena. 

Is-sitwazzjoni fil-Belt Valletta hija ħafna agħar b'ħafna negozjanti jirrappurtaw biss 15% tan-negozju li s-soltu kienu jirreġistraw matul dan iż-żmien, il-bidu tal-istaġun li jiġġenera l-aktar xoghħol minħabba t-turiżmu. 

Dawn iċ-ċifri kienu żvelati fuq il-gazzetta Business Today f'artiklu illi jikkwota nies fl-industrija jgħidu illi l-akbar problemi huma l-kirjiet.  "Dawk li daħlu f'kirjiet fl-aħħar snin, meta dawn splodew 'l fuq, huma l-agħar li ntlaqtu," sostnew. 

Jidher li wieħed mill-ftit eċċezzjonijiet kien il-PAMA tal-Mosta li huwa ċentru ta' bejgħ u fih anke stabbilimenti tal-ikel u li rreġistra negozju tajjeb fl-aħħar ġimgħat. 

Minkejja li tkeċċew xi ħaddiema, sa issa tkeċċijiet tal-massa kienu evitati minħabba l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern permezz tal-Wage Supplement illi naqqsu mill-piżijiet kbar tal-paga fuq min iħaddem, qalu dawn is-sorsi mal-Business Today.

Minkejja illi l-agħar setturi li ntlaqtu mill-pandemija kienu dawk li jmissu mat-turiżmu, safar, ikel (ristoranti) u d-divertiment, il-fiduċja u l-burdata tal-konsumatur għadha waħda ħafna iktar beżgħana, xi ħaġa li qed taffetwan l-bejgħ fi kważi s-setturi 

Il-ġimgħa l-oħra tħabbar programm ta' inizjattivi li għandhom iħajru aktar nies jidħlu l-Belt, fosthom tneħħija tas-CVA u l-ftuħ tal-mużewijiet mingħajr ħlas. 

More in Politika