Filmat | Il-PM jiltaqa' mal-għawwien li kiser rekord biex iqajjem kuxjenza dwar it-tniġġis fil-baħar
Neil Agius għam bejn Sqallija u Malta

More in Politika
Neil Agius għam bejn Sqallija u Malta
Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-għawwiem Neil Agius li l-Ġimgħa li għadda rnexxielu jgħum b’suċċess minn Sqallija għal Malta.
Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru Abela esprima l-gratitudni tiegħu għall-inizjattiva li ħa Neil Agius biex ikompli jqajjem kuxjenza u għarfien għal baħar aktar nadif u biex il-pubbliku jsir aktar konxju mill-konsegwenzi tal-plastik li jintrema fil-baħar.
Min-naħa tiegħu, is-Sur Agius spjega lill-Prim Ministru l-isfidi li ħabbat wiċċu magħhom tul l-għawma u esprima l-ħajr tiegħu għall-appoġġ li sab għall-inizjattiva ‘Wave of Change’ kontra r-rimi tal-plastik fil-baħar.
Fit-tmiem il-laqgħa, il-Prim Ministru ppreżentalu wkoll tifkira fl-okkażjoni ta’ din l-għawma b’suċċes
Intant, Agius iltaqa' wkoll mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Delia faħħar il-kuraġġ u d-determinazzjoni li wera Neil Agius biex jilħaq l-għan tiegħu li titqajjem kuxjenza dwar baħar iktar nadif. Huwa rringrazzjah, kif ukoll lil nies oħrajn li bid-diversi inizjattivi li jorganizzaw qegħdin iqajmu kuxjenza dwar uġġetti li jistgħu biss jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.