Għat-tielet ġurnata konsekuttiva ma jinstab l-ebda każ ġdid ta' COVID-19; Ifiqu sitta

Il-każi attivi issa niżlu għal 32

Għat-tielet ġurnata konsekuttiva Malta ma rreġistrat l-ebda każ ġdid ta' COVID-19, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa saru 923 test.

Apparti minn hekk fiequ sitt persuni oħra biex il-każi attivi issa niżlu għal 32.

Fl-isptarijiet għad hemm 11-il pazjent iżda l-ebda wieħed minnhom ma jinsab f'qagħda kritika

More in Politika