71 membru tal-Eżekuttiv Laburista jivvutaw kontra Konrad Mizzi ... mhux se jibqa' fil-Grupp Parlamentari

Konrad Mizzi jmhux se jibqa' Deputat f'isem il-PL imma huwa mifhum li se jibqa' Deputat indipendenti

Konrad Mizzi ma jsibx postu fil-kabinett
Konrad Mizzi ma jsibx postu fil-kabinett

71 persuna fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista minn 73 membru preżenti ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista llejla vvutaw biex Konrad Mizzi ma jibqax fil-Grupp Parlamentari u allura l-eks Ministru issa mistenni jibqa' Deputat indipendenti.  Il-vot kien wieħed sigriet.

Dan il-vot ittieħrd wara li l-istess MIzzi rrifjuta li jaċċetta t-talba tal-Prim Ministru li jirriżenja mill-Grupp Parlamentari Laburista.

F'kummenti lill-midja preżenti barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-PM Robert Abela sostna illi din id-deċiżjoni hija frott il-konnessjonijiet li Mizzi kellu mal-Panama Papers kif ukoll mal-kumpanija 17 Black - fin-nofs ta' kontroversji varji dwar flus li minnha kellhom jgħaddu għal żewġ kumpaniji fil-Panama, waħda f'isdem Keith Schembri u oħra f'isem Konrad Mizzi.  Riċentement reġgħet kienet fl-aħbarijiet minħabba l-proġett tal-Wind farms fil-Montenegro

Il-kumpanija 17 Black  kienet proprjetà ta' Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

 Abela qal illi l-iżball tal-eks PM Joseph Muscat kien li ma ħax id-deċiżjoni dwar Schembri u Mizzi "fil-mument opportun" u jgħid illi ta' dan Joseph Muscat ħallas "l-akbar prezz politiku."

"Dawn huma allegazzjonijiet u mhux se nkun jiena li niġġudika imma aħna rridu naraw illi noħolqu l-istandards bħala partit u anke Gvern." 

Abela kompla jgħid illi kieku l-allegazjonijiet kienu fuqu, "bħal ma hemm fuq l-Oppożizzjoni, jiena nkun l-ewwel wieħed li nitlaq." 

Joseph Muscat ma kienx preżenti għal din il-laqgħa, filwaqt li Mizzi tkellem fil-laqgħa virtwalment. 

More in Politika