'Armihom 'l hemm ... ' Yorgen Fenech lil Melvin Theuma dwar l-aħwa Degiorgio

Melvin Theuma jgħid li Alfred Degiorgio ried €30,000 qabel il-qtil u €120,000 mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Yorgen Fenech
Yorgen Fenech

Wara l-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia u wara li rriżulta li l-FBI u l-Europol kien se jkunu parti mill-investigazzjoni, Melvin Theuma beda jibża' ħafna u tkellem ma' Yorgen Fenech, akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan qallu biex lill-aħwa Degiorgio, mqabbdin biex jotqtluha, jarmihom 'l hemm.

"X’jiġifieri narmihom ’l hemm. Jiena bqajt sal-aħħar. Jafu lili," wieġeb Theuma

Dan ħareġ hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda illi fiha ssemma' wkoll Keith Schembri u s-suspett li Melvin Theuma - ir-raġel li ngħata maħfra Presidenzjali mill-Gvern - kellu, illi l-eks Chief of Staff f'Kastilja kien involut.

Dwar l-aħwa Theuma qal illi ħassu tradut.  "Bgħatuni nagħmel xi ħaġa, imabagħad qaluli li ma jistgħux jgħinuni.  Dak mhux tradiment kbir?" 

Theuma jispjega kif Alfred Degiorgio ried €150,000 - €30,000 qabel il-qtil u €120,000 malli jsir il-qtil.  "Yorgen tani €150,000 flus kontanti f'daqqa," jispjega x-xhud li jgħid ukoll illi l-jum kien il-Ħadd u kien ġabar lil Yorgen Fenech mill-ajruport. 

 

More in Politika