'Impressjonanti' - L-MHRA dwar il-pakkett ta' miżuri mħabbra mill-Gvern

Il-lukandiera u tar-ristoranti jisħqu li l-pakkett huwa prova kemm il-Gvern fehem id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw l-istakeholders kollha fl-industrija

L-Assoċjazzjoni Maltija għar-Ristoranti u l-Lukandi faħħret il-pakkett ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern ilbieraħ u ddeskrivewh bħala wieħed maħsub tajjeb u li se jagħti spinta ‘l quddiem lis-settur turistiku.

Fi stqarrija, il-President Tony Zahra saħaq li x-xhur li ġejjin mhux se jkunu faċli għal-lukandi u r-ristoranti iżda insista li l-miżuri mħabbra mill-Gvern se jkunu qed iżiedu l-kunfidenza fis-settur u anke fost il-klijenti, l-impjegati u l-istakeholders oħra.

Fost dawn faħħar il-miżuri għat-traħħis tal-kont tad-dawl għan-negozji, għas-sussidju fuq il-prezz tal-kera, il-vouchers li se jieħu kull minn għandu ‘l fuq minn 16-il sena, ir-roħs fil-prezz tal-fuel u l-investimenti fin-negozji biex ikunu jistgħu jippromwovu l-prodott tagħhom.

Fi kliem l-MHRA, dan il-pjan ma jħalli l-ebda vojt u huwa “ċar li l-Gvern fehem id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw l-istakeholders kollha fl-industrija.”

F’kelma waħda, l-MHRA iddeskriviet il-pakkett bħala “impressjonanti.”

Il-miżuri ewlenin:

Il-Gvern se jagħtik €100 f'vouchers biex toħroġ tiekol, tixrob u tiddeverti

Int sid ta' negozju? Il-Gvern se jgħinek tħallas id-dawl u l-kera

Minn nhar it-Tnejn: Jorħsu l-fjuwils b'7ċ

Se tixtri jew se tbigħ proprjetà? Il-Gvern iħabbar traħħis fir-rata tal-boll

Il-Gvern se jibqa' jħallas €800 fix-xahar lil eluf ta' ħaddiema sa Settembru

Kellek tipposponi t-tieġ? Il-Gvern se jgħinek jekk dħalt fi spejjeż żejda

€5 miljuni għall-promozzjoni ta' prodotti lokali

€250 għal kull familja li tibbenefika mill-in-work benefit

Iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se jitqassam fil-jiem li ġejjin

More in Politika