Miżuri Covid | Il-Gvern se jibqa' jħallas €800 fix-xahar lil eluf ta' ħaddiema sa Settembru

Il-Gvern iħabbar illi numru ta' ħadiema se jibqgħu jieħdu t-€800 f'Wage Suplement.  Ara min huma fl-artiklu ...

Il-Prim Ministru Robert Abela  - f'elenku ta' miżuri biex iqajmu l-ekonomija wara l-pandemija Covid-19 - ħabbar illi l-Gvern se jibqa' jagħti it-€800 lil eluf ta' ħaddiema, al-aħħar ta' Settembru.  Dawn huma: Dawk il-ħaddiema fl-akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, ħaddiema fi skejjel TEFL (skejjel tal-Ingliż għall-barranin), ħaddiema u organizzaturi ta' attivitajiet tal-massau ħaddiema fis-settur tat-trasport tal-ajru.

Ħafna ħaddiema oħrajn, li kienu jaqgħu f'Annex A tal-lista tal-Malta Enterprise u li issa fetħu u bdew jerġgħu jqumu fuq saqajhom, se jaraw din l-għotja ta' Wage Supplement titnaqqas għal €600 ukoll sal-aħħar ta' Settembru. 

Operaturi oħra tan-negozju li s-suq għalihom infetaħ u jaqgħu f’Annex B se jibqgħu jieħdu €160 fix-xahar sal-aħħar ta’ Settembru.

Għax-xahar ta' Ġunju, dawn xorta waħda se jkunu qed jieħdu l-wage supplement ta' €800 kif kien tħabbar.

Intant Abela ħabbar ukoll illi studenti u pensjonanti li jaħdmu wkoll se jibdew jibbenefikaw mill-wage supplement

(Ara aktar dettalji fuq is-sit illum.com.mt)

More in Politika