Miżuri Covid | Int sid ta' negozju? Il-Gvern se jgħinek tħallas id-dawl u l-kera

Il-Gvern se jkun qed jinvesti wkoll €400 miljun "fl-immodernizzar tal-infrastruttura għall-industrija ta' għada"

Ħafna kienu n-negozji li marru ħażin kawża tal-COVID-19 bil-maġġoranza tagħhom saħansitra kellhom jagħlqu kompletament in-negozju tagħhom. Minkejja dan, il-kontijiet tad-dawl baqgħu ġejjin u l-kirja kellhom iħalsuha.

Illejla, il-Gvern ħabbar li għax-xhur tas-sajf, jiġifieri Lulju, Awwissu u Settembru se jkun qed iħallas 50% tal-ispejjeż tal-elettriku tan-negozji sa massimu ta' €1,500.

Din il-miżura se tkun qed tiswa lill-Gvern €30 miljun.

Apparti minn hekk, in-negozji, dawk milquta ħażin mill-COVID-19, jiġifieri dawk li kellhom jagħlqu, se jkunu qed igawdu minn grants sa massimu ta' €2,500 fuq il-prezz tal-kirja tagħhom. Din il-miżura hija stmata li se tiswa €50 miljun.

Apparti minn hekk, tħabbar ukoll li l-Gvern se jkun qed jinvesti €400 miljun biex jiżdied spazju industrijali ġdid mingħajr ma tintmiss art verġni.

Fost oħrajn, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri semma proġetti fil-Life Sciences Park biex dan ikun estiż, fil-Kordin Business Incubation Centre, l-eks-Landfill tal-Marsa biex issir park industrijali ġdid għan-negozji żgħar, fost oħrajn.

L-għan ta' dawn il-proġetti, li se jsiru fuq perjodu ta' tmien snin, huwa li l-pajjiż ikun minn tal-ewwel li jikrupra u jattira lejh investimenti ġodda.

More in Politika