Sa issa ġew ikkanċellati 5,000 titjira tal-Air Malta ... 40,000 jitolbu għal rifużjoni jew jipposponu

L-Air Malta twiegħed li r-rifużjonijiet se jingħataw lura kollha sa Ottubru

 

L-Air Malta llum żvelat kif kemm ilhom li kellhom jitwaqqfu t-titjiriet  sa issa ġew ikkanċellati aktar minn 5,000 titjira. "Dan fixkel il-pjanijiet tal-ivvjaġġar ta' aktar minn nofs miljun passiġġier, u possibbilment ħafna iktar, hekk kif il-linja tal-ajru qed tirristruttura n-netwerk tagħha," qalet fi stqarrija l-linja nazzjonali tal-ajru.

Intant sal-lum ukoll l-Air Malta rċeviet aktar minn 40,000 talba għal rifużjoni, prenotazzjoni mill-ġdid jew għażla ta’ waħda mill-vawċers offruti lill-klijenti tagħha. Hekk kif jgħaddi ż-żmien u n-netwerk tal-linja tal-ajru jieħu l-forma, huma mistennija ħafna talbiet ġodda.

"Tabilħaqq hija sitwazzjoni bla preċedent u l-linja tal-ajru mobilizzat numru kbir ta' riżorsi addizzjonali minn madwar il-kumpanija biex tipproċessa dawn it-talbiet. L-Air Malta tifhem it-tħassib tal-klijenti bid-dewmien sabiex jirċievu tweġibiet, madankollu, sfortunatament, huwa impossibbli li kullħadd jircievi risposta f’waqta. Għat-trasparenza u biex tistabbilixxi l-aspettattivi t-tajba, il-Linja tal-Ajru impenjat ruħha biex tiproċessa t-talbiet sal-aħħar ta' Ottubru. Għalkemm qed jieħu aktar ħin milli normali, l-Linja tal-Ajru tibqa impenjata li tonora kull talba", żiedet tgħid l-Air Malta.
 

More in Politika