Tkompli x-xejra ta' numri baxxi ta' każi ġodda ta' Covid-19 ... 10 jfiequ

Aktar aħbarijiet pożittivi hekk kif minn 1,137 test jinsabu erbgħa pożittivi għall-Covid, filwaqt li 10 oħra jfiequ

Fl-aħħar 24 siegħa kompliet dik li issa nistgħu nsejħulha xejra għall-aħħar jiem, ta' numri baxxi f'dak li jirrigwarda każi ġodda ta' Covid-19.  Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kien hemm erba' każi ġodda ta' persuni bil-coronavirus f'pajjiżna minn total ta' 11,137 test. 

Dan allura jfisser li anke l-każi attivi - li kienu madwar 60 u mal-ġranet żdiedu għal 120 - issa reġgħu bdew jonqsu wkoll biex issa Malta għandha 108 każi ta' persuni li għadhom bil-Covid-19. 

Fl-aħħar siegħat kien hemm ukoll 10 minn nies li fiequ mill-virus biex issa it-total ta' nies li fiequ huwa ta' 501. 

Dan ifisser illi Malta sa issa kellha 616-il każ, li minnhom il-maġġoranza qawwija jew 501 fiequ, 108 għadhom attivi u sfortuntament sebgħa tilfu ħajjithom.  Dawk li tilfu ħajjithom, fil-maġġoranza tagħhom, kellhom aktar minn 80 sena u ħafna kellhom ukoll kuimplikazzjonijiet oħrajn ta' saħħa. 

More in Politika