L-MHRA trid tifhem li l-ftuħ bl-addoċċ tat-turiżmu jġib fix-xejn l-isforzi ta' kulħadd - AD

Ralph Cassar mill-Alternattiva Demokratika jgħid li jkun aħjar jekk issir diskussjoni dwar turiżmu aktar sostenibbli

Fi stqarrija is-Segretarju Ġenerali ta' Alternattiva Demokartika, Ralph Cassar qal li fl-isfond tar-riżuiltati li kiseb pjjiżna u l-qasam tas-saħħa sa issa, qal li huwa rresponsabbli li r-rappreżentant tal-industrija tat-turiżmu u President tal-MHRA, Tony Zahra, "qed jimminimizza u jipprova jirredikola l-isforzi li qed jagħmlu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Tony Zahra irid jifhem li ftuħ immedjat u bl-addoċċ tal-istaġun turistiku jġib fix-xejn l-isforzi u s-sagrifiċċji li saru minn kulħadd fl-aħħar ġimgħat."

Zahra kien sostna illi jekk l-ajruport ma jiftaħx dan se jwassal għal splużjoni ta' qgħad f'pajjiżna

"Kull ġurnata li tgħaddi, l-ekonomija qed tegħreq aktar u aktar fil-problemi u kull ġurnata li tgħaddi l-Gvern qed jonfoq madwar €11-il miljun kuljum, jew €330 miljun kull xahar biex iżomm lil kulħadd id-dar, flus li l-Gvern qed jissellef u li jridu jitħallsu lura mit-taxxi ta’ kulħadd fil-futur,” qal Zahra.

Intant Cassar qal li kien ikun aħjar li jsir sforz biex l-industrija tat-turiżmu ma’ tibqax tiddependi fuq kważi tlett miljun turist fis-sena, li skont Cassar "żgur mhux numru sostenibbli"

Qal ukoll li kien ikun aħjar jekk naraw kif l-eko-kontribuzzjoni li jħallsu t-turisti issir verament waħda li tiffinanzja proġetti ta’ fejda ambjentali u ta’ trasport, enerġija u infrastruttura ambjentali sostenibbli u "ma tibqax il-miżerja ta’ 50 ċenteżmu kuljum."  U finalment Cassarqal li kien ikun  aħjar li Zahra jara wkoll kif l-industrija ma tibqax tiddependi mix-xogħol imħallas biċ-ċiċri."

"Huwa wkoll obbligu tal-awtoritajiet u fl-aħħar mill-aħħar tal-Ministri u tal-Prim Ministru li ma’ jeħdux deċiżjonijiet mgħaġġla u li ma jagħtux eżempju ħażin b’konferenzi stampa bl-addoċċ l-aqwa li jidhru fil-mezzi tax-xandir," qal Cassar li temm jikkritka dak li sejjaħ messaġġi kunflinġenti bejn dak li qed jgħi il-Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa.

 

More in Politika