Bi tkabbir previst ta' 5% l-ekonomija Maltija għandha tibqa' mal-aktar li se jikbru fl-UE fl-2021

Għall-2021, Creditform Rating tipproġetta tkabbir ekonomiku ta’ kważi 5%, li ser ikun dovut għall-andament tajjeb f’industriji bħall-igaming, kif ukoll proġetti kbar ta’ investiment

 Creditreform Rating li tikkonfermat li l-prospetti għal credit rating ta’ pajjiżna huma stabbli u allura kkonfermat ir-rating A+ għal pajjiżna. B’kuntrast, mill-bidu ta’ Marzu kien hemm erba’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ngħataw prospett negattiv u tnejn oħra li kellhom ir-rating downgraded.

Dwar Malta, Creditreform Rating bassret li l-ekonomija għandha tibda tirkupra fit-tieni nofs tas-sena hekk kif aktar restizzjonijiet huma rrilassati.  Għalhekk, għall-2021, ir-rapport jipproġetta tkabbir ekonomiku ta’ kważi 5%, li ser ikun dovut għall-andament tajjeb f’industriji bħall-igaming, kif ukoll proġetti kbar ta’ investiment.  Fil-fatt l-aġenzija Ġermaniża temmen li Malta ser tibqa’ fost l-aktar ekonomiji Ewropej li ser jikbru u jiġġeneraw impjiegi.

L-aġenzija Ġermaniza tgħid illi l-pakkett finanzjarju li ressaq il-Gvern huwa "sostanzjali" u għalkemm dan qed jiswa ħafna l-aġenzija tgħid illi l-pożizzjoni fiskali ta' Malta, flimkien mal-prudenza finanżjarja kollha jsaħħu l-previżjonijiet stabbli għall-ekonomija maltija. 

 

 

More in Politika